| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Click on these images to
enlarge |
||
Racing Loft |
DAM Black hen, long distance
and blue check cock long distance pigeon, stock birds |
|
Id-delizju tat-trobbija tal-hamiem huwa delizju antik hafna. L-istorici jissuggerixxu li dan id-delizju beda minn zmien ir-Rumani. L-imperu Ruman xi 100 sena qabel Kristu kien fl-aqwa tieghu, kien kwazi imxerred mad-dinja kollha ta dak iz-zmien. Il-komunikazzjoni bejn pajjiz u iehor kienet difficli hafna u biex ahbar tasal minn post ghal iehor kienu jghaddu xhur shah. In-nies kienet tkun taf x’qed jigri f’pajjizi ohrajn meta jkun hemm vjaggaturi li jigu lura minn dak il-pajjiz partikulari u jirrakontaw x’gara. Hafna drabi din l-ahbar ma tkunx koretta. Ghalhekk riedet tinstab sistema ta kif ikun hemm komunikazzjoni ahjar, u hawn tidhol il-hamiema. Il-Griegi kienu skoprew li l-hamiema ghandha sens qawwi ta direzzjoni tant li hamiema tibqa taghraf ezatt il-post min fejn tkun talqet. Hemm hafna teoriji ta kif hamiena jirnexxiela tasal u ssib il-post, l-aktar wahda korretta hija li l-hamiem ghandom sens ta’ direzzjoni u permezz ta dan is-sens jergaw lura minn fejn telqu.
Il-prattika kienet li jorbtu parcmina zghira ma saqajn il-hamiema. F’din il-parcmina kienu jiktbu xi messagg importanti u jitilqu l-hamiema biex twassal hi l-messagg. Hafna drabi l-hamiem ma kienx jasal f’postu minhabba certi perikli li jkun hemm fit-triq ghalhekk kienu jibghatu hafna hamien bl-istess messagg biex forsi wahda minhom tasal. L-imperu Ruman kien ikollu nies apposta li jharrgu l-hamien biex jintuzaw ghal din il-bicca xoghol. U minn hawn beda d-delizju tat-trobbija tal-hamiem. Illum li l-komunikazzjoni hija hafna facli, l-hamiem spicca f’xi gallinar ghand xi delettant, flok parcmina nsibu curkett li jintrabat ma saqajn il-hamiem. Dan id-delizzju huwa sabih hafna u jghinek hafna tapprezza l-holqien t’Alla. It-tlielaq issiru b’mnod regolari. F’ Malta hawn hafna clubs tad-dilettanti u ghalhekk jekk tithajjar tibda dan id-delizzju taghmel tajjeb jekk tissieheb ma xi wiehed min dawn il-clubs. Jekk tixtieq
aktar informazzjoni fuq dan id-delizzju allura nheggek biex tikkuntatjani
permezz tal-contact page u nkun nista nghinek f’dak kollu li tehtieg
biex tibda d-delizzju tieghek. |
![]() |
![]() |
![]() |